Hamrun S………………4
Zebbug R………………0
Hamrun Spartans irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Zebbug Rangers, meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0. Zebbug kienu biss dell tat-team li fl-ewwel round għeleb lill-istess Spartans bl-iskor ta’ 4-2, fejn sa issa baqa’ l-uniku team li rnexxielu jegħleb liċ-champions. Permezz ta’ din it-telfa, huma baqgħu f’riskju li staġun ieħor jilagħbu fiċ-Challenge League.
L-Ispartans fetħu l-iskor fis-26 minuta meta Roko Prsa għadda tajjeb lejn Luke Montebello li min-naħa tiegħu serva lil ELVIS MASHIKE SUKISA li wara li dar tajjeb ma’ difensuri Żebbuġin, mill-viċin tefa’ ġewwa.
Huma komplew jippressaw u fil-45 minuta resqu viċin li jirduppjaw l-iskor meta Roko Prsa approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża tar-Rangers, u quddiem il-goalkeeper ta’ Zebbug, Jamie Azzopardi, ra lil dan tal-aħħar isalva tajjeb mgħejjun mill-mimduda, b’Zebbug jeħilsuha ħafif.
Iżda t-tieni goal għal Hamrun kellu jasal fit-63 minuta meta Elvis Mashike Sukisa indirizza cross fid-direzzjoni ta’ Roko Prsa li min-naħa tiegħu ħalla l-ballun lil LUKE MONTEBELLO li permezz ta’ xutt sabiħ tefa’ wara Azzopardi.
U jidher li l-Ispartans ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif żewġ minuti biss wara għamuluhom tlieta, meta Juan Carlos Corbalan serva fuq platt tal-fidda lil ELVIS MASHIKE SUKISA, li minn pożizzjoni idealai tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
Fis-77 minuta, Hamrun, kienu sfortunati li ma skorjawx ir-raba’ goal meta Montebello għadda lejn is-sostitut Żvediz Karl Holmberg li kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqga, biex mir-rebound Matthew Guillaumier spara għoli.
Dan sabix tliet minuti biss wara, Elvis Mashike Sukisa, kien għoddu rreġistra hat-trick personali meta kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin debjata f’corner mid-difiiża ta’ Zebbug.
Hamrun ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fl-84 minuta meta s-sostitut żagħżugħ LEON BORG minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa, biex b’hekk skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tal-Ispartans. Dan sabiex mumenti biss wara, l-istess Leon Borg seta’ skorja l-ħames goal għall-Ispartans, qabel ma s-sostitut l-ieħor Jonny kellu xutt sabiħ imdawwar f’corner bi bravura minn Azzopardi.
Hamrun S.: 31-Cristian Santos Winiston, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 7-Luke Montebello (99-Leon Borg 78), 9-Elvis Mashike Sukisa, 12-Roko Prsa (63-Jonny 67), 28-Juan Carlos Corbalan (5-Sven Xerri 74), 77-Joseph Mbong (25-Bruno Ederson Domingos 67), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 97-Claudio Da Silva Barbosa (23-Karl Holmberg 74) Coach: Branko Nisevic
Zebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 2-Henrique Marcelino Motta (16-Randall Vella 78), 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Almeida Da Silva, 6-Wilker Rocha Santos, 8-Ayrton Mizzi, 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Roberto Enrique Sanchez, 17-Jeferson Macedo (5-Travis Bartolo 90), 22-Gaetano Gesualdi (20-Jordan Sciberras 74), 23-Kurt Bondin (21-Stanimir Miloskovic 74) Coach: Brian Spiteri
Referee: Fyodo Zammit
Ass. Referees: Edward Spiteri, Shaun Calleja
Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech
Skorers: E. Mashike Sukisa 26, 65, L. Montebello 63, L. Borg 85 (H)
Ammoniti: S. Borg (H)
Player tal-Logħba: Elvis Mashike Sukisa (H)