Monday, March 10, 2025

Hamrun Sparatns ineħħu lil Alessandro Zinnari minn coach … jaħtru lil Winston Muscat bħala coach ġdid

Aqra wkoll

Hamrun Spartans neħħew lil Alessandro Zinnari minn coach u ħatru lil Winston Muscat bħala l-coach il-ġdid tagħhom.

Iċ-champions ta’ Malta ddeċidew li jagħmlu bidla fit-tmun tas-sett-up tekniku tagħhom wara t-telfa ta’ 2-1 tal-Ħadd kontra Mosta fl-Istadium Tony Bezzina.

Għall-Ispartans din kienet it-tieni telfa kosnekuttiva tagħhom li ħalliet lit-tim erba’ punti ‘l bogħod mil-leaders Floriana b’żewġ logħbiet biex tintemm l-ewwel fażi tal-Closing Round.

“Il-Club iħabbar li ddeċieda li jinfired minn ma’ Alessandro Zinnari b’effett immedjat” qalu Ħamrun Spartans fi stqarrija.

“Nirringrazzjawh tad-dedikazzjoni u l-kontribuzzjonijiet tiegħu u nawgurawlu l-isbaħ xewqat fil-karriera professjonali tiegħu. Bi pjaċir inħabbru l-ħatra ta’ Winston Muscat bħala Head Coach il-ġdid tagħna.

“Matul il-mandat tiegħu, is-Sur Zinnari kellu rwol kruċjali biex mexxa lit-tim għar-rebħa fis-Super Cup kontra Sliema Wanderers kif ukoll wasal għall-Fażi tas-semifinali tal-FA Trophy.

“Matul iż-żmien tiegħu pprovda wkoll ħin ta’ logħob sinifikanti għat-talent homegrown mill-akkademja tal-klabb.

“Hu saħħaħ ukoll il-kapaċitajiet tekniċi ta’ plejers individwali

“Nwessgħu l-gratitudni tagħna lis-Sur Alessandro Zinnari għall-isforzi tiegħu u nħarsu ‘l quddiem għal kapitlu ġdid taħt it-tmexxija tas-Sur Winston Muscat.”

Ħamrun Spartans se jkunu t-tieni klabb immexxi minn Muscat dan l-istaġun hekk kif il-kowċ Malti kien fit-tmexxija ta’ Marsaxlokk iżda tilef xogħlu fil-bidu tal-istaġun wara li t-tim sofra ħames telfiet kosnekuttivi.

Madankollu, matul iż-żmien tiegħu f’Marsaxlokk għen lix-Xlukkajri jirritornaw għall-futbol Ewropew meta kkwalifikaw għall-UEFA Conference League fis-sajf li għadda.

Muscat se jagħmel id-debutt tiegħu fuq il-bank tal-Ispartans nhar il-Ħamis meta jiltaqgħu ma’ Sliema Wanderers.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport