Sunday, January 5, 2025

Hamrun Spartans bi skor tennistiku fuq Marsaxlokk

Aqra wkoll

Marsaxlokk ………….1

Hamrun Spartans …..6

Minn Cristian Muscat

B’supremzija territorjali, Hamrun Spartans dawru telfa f’rebħa kbira bl-iskor ta’ 6-1 fuq  Marsaxlokk biex biex bdew il-Closing Round fuq nota mill-aktar pożittiva.

Huma kellhom lil Juan Carlos Corbalan, Emer­son Marcelina, Roko Prsa u Shaisen Attard neqsin minħabba injury. Madankollu, huma kienu msaħħa bir-ritorn minn sospensjoni ta’ Luke Montebello, Elio­nay Freitas Da Silva u Ra­phael Lopes Silva. Min-naħa l-oħra, Marsaxlokk kellhom lil Jai Quitongo u Lucas Lopez sospiżi.

Marsaxlokk fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, fl-20 minuta, meta ALEX DE AGUILAR GOMES spara xutt mill-isbaħ li ntemm fir-rokna tax- xibka.

Iżda sitt minuti wara, l-Ispartans kisbu d-draw meta RAPHAEL LOPES SILVA approfitta minn cross minn fuq ix-xellug u b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lill-goalkeeper, Marko Drobnjak.

Wara dan il-goal, il-Ħamruniżi xeħtu kollox fuq l-attakk u fil-35 minuta, Lui Talison Barbosa xeħet cross għan-nofs iżda ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

U proprju mill-azzjoni li segwiet sekondi biss wara, id-debuttant Montenegrin Jovan Cadenovic kellu tentattiv jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper Xlukkajr.

B’azzjoni wara l-oħra, fit-38 minuta, l-Ispartans marru fil-vantaġġ meta b’intuwiz­zjoni naturali, RAPHAEL LOPES SILVA għeleb lil Drobnjak għat-tieni darba fi spazju ta’ 12-il minuta.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Hamrun komplew bl-istess ritmu u, fl-54 minuta, għamluhom tlieta meta RAPHAEL LOPES SILVA b’eleganza qabeż diversi players avversarji u għeleb għal kollox lil Drobnjak, biex b’hekk irreġistra hat-trick personali u  għaldaqstant kien jimme­ritah it-titlu tal-aqwa player tal-logħba.

Fid-69 minuta, il-Ħamruniżi aċċertaw mir-rebħa meta skorjaw ir-raba’ goal minn LUI TALISON BARBOSA li  mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fl-84 minuta kompliet ix-xalata ta’ goals b’xutt mill-viċin ta’ EDERSON BRUNO DOMINGOS filwaqt li ħames minuti wara, LUKE MONTEBELLO venven free-kick għal ġox-xibka li kien il-100 goal tiegħu fl-ogħla diviżjoni.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 8-Jake Ghio, 10-Yuri De Jesus Messias, 11-Duane Bonnici (14-Samuel Cassar 78), 17-Jacob Walker, 19-Jose Ulises Arias, 23-Alex De Aguilar Gomes (16-Isaac Borg 89), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Leandro Aguirre   – Coach: Vincezo Potenza

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg (5-Sven Xerri 82), 7-Luke Montebello, 8-Lui Talison Barboza (9-Chris Marlon Ondong 71), 10-Joseph Essien Mbong, 14-Elionay Freitas Da Silva (6-Daniel Letherby 78), 20-Jovan Cadenovic, 27-Ognjen Bjelicic, 33-Mayron (3-Mattias Ellul 82), 94-Ryan Camenzuli, 99-Raphael Lopes Silva (25-Ederson Bruno Domingos 77)  – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: A. De Aguilar Gomes 20 (M), R. Lopes Silva 26, 38, 54, L. T. Barbosa 69, E. B. Domingos 84, l. Montebello 89 (HS)

AMMONITI: Ħadd

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport