Thursday, August 14, 2025

Hamrun Spartans eliminati mill-UEFA Europa League

Aqra wkoll

Maccabi Tel Aviv ….…3

Hamrun Spartans …….1

(Aggregate: Maccabi Tel Aviv 5-2)

Minn Cristian Muscat

Fil-ground newtrali ta’ TSC Arena, fil-belt ta’ Topola, fis-Serbja, minħabba l-kunflitt bejn l-Iżrael u Gaza, Hamrun Spartans sfaw eliminati mill-UEFA Europa League meta fit-tieni leg tat-tielet round ta’ kwalifikaz­zjoni sfaw megħluba minn Maccabi Tel Aviv bl-iskor ta’ 3-1 għal aggregate ta’ 5-2.

B’hekk issa huma jaffrontaw lit-team mil-Latvja, Rigas FS, fil-Play-Off tal-UEFA Conference League.

Kienu Maccabi li ħolqu l-ewwel periklu, fl-10 minuta, b’xutt bid-dawra ta’ Os­her Davida, iżda l-goalkeeper, Henry Bonello, kien daqstant tajjeb biex evita goal ċert.

Fil-25 minuta, l-Ispartans ingħataw penalty iżda mill-11-il metru, Emerson Marcelina ra t-tentattiv tiegħu jis­tam­pa mal-mimduda.

Ta’ dan in-nuqqas pattew qares minħabba li fis-36 minuta, Maccabi fetħu l-iskor  meta IDO SHAHAR evita d-daħla ta’ Ogjnen Bjelicic  u permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin tefa’ ġewwa.

Tliet minuti wara, il-Ħamruniżi kienu sfortunati li ma kisbux id-draw meta Jovan Cadjenovic venevn xutt minn pożizzjoni ideali iżda ġie mċaħħad mill-wieqfa

Huma komplew jippressaw u fit-43 minuta meritatament għamlu l-iskor indaqs meta JOSEPH MBONG xeħet fir-rokna tax-xibka b’xutt fil-baxx.

Iżda Hamrun bilkemm kellhom ċans jifirħu b’dan il-goal, hekk kif żewġ minuti fil-ħin miżjud Maccabi reġgħu marru fil-vantaġġ meta IDO SHAHAR, wara li rċieva cross mil-lemin, antiċipa lil kulħadd, mattar siequ u mill-viċin xeħet fix-xibka għal doppjetta personali.

Dan il-goal ma ħasadx lill-Ispartans u ftit sekondi qabel it-tisfira għal tmiem l-ewwel taqsima, N’Dri Koffi ikkontrolla tajjeb iżda ra t-tentattiv mill-viċin tiegħu salvat mill-goalkeeper ta’ Maccabi, Roei Mashpati.

Fil-65 minuta, Hamrun kellhom jagħmlu sostituzzjo­ni sfurzata meta weġġa’ Mar­celina li kellu partita sfortunata.

Fid-69 minuta, Maccabi ssiġillaw ir-rebħa meta OS­HER DAVIDA evita d-daħla ta’ Camenzuli, avvanza u b’xutt fil-baxx tefa’ fir-rokna tax-xib­ka.

Fis-76 minuta, weġġa’ player ieħor tal-Ispartans, din id-darba l-iskorer, Joseph Mbong, hekk kif l-affarijiet komplew sejrin ħażin għat-team immexxi mill-coach, Gia­como Modica.

MACCABI TEL AVIV: 90-Roei Mashpati, 6-Tyrese Asante, 18-Nemanja Stojic, 13-Raz Shlomo (4-Heitor 64), 3-Roy Revivo, 42-Dor Peretz (30-Itamar Noy 64), 36-Issouf Sissokho (8-Ben Lederman 80), 77-Ido Shahar, 98-Osher Davida, 19-Ion Nicolaescu (10-Weslley Patati 46) Elad Madmon (9-Dor Turgeman 46)  – Coach: Zarko Lazetic

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 94-Ryan Camenzuli, 91-Emerson Marcelina (13-Vincenzo Polito 65), 27-Ognjen Bjelicic, 2-Rafael Compri, 25-Ederson (47-Mouad El Fanis 59), 20-Jovan Cadjenovic, 8-Matias Nicolas Garcia (24-Ante Coric 58), 10-Joseph Essien Mbong (28-Redon Mihana 76), 9-Serge Thioune (77-Merlin Hadzi 58), 19-N’Dri Koffi   – Coach: Giacomo Modica

referee: Rohit Saggi (Norveġja)

ASS. refereeS: Morten Jensen, Anders Olav Dale (Norveġja)

RABA’ UFF: Sigurd Kringstad (Norveġja)

SKORERS:  I. Shahar 36, 45+2, O. Davida 69 (MTA), J. E. Mbong 43 (HS)

AMMONITI:  R. Camenzuli, J. Cadjenovic, M. El Fanis (HS), O. Davida (MTA)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport