Monday, May 5, 2025

Hamrun Spartans fil-finali wara l-għoti tal-penalties

Aqra wkoll

Floriana ……….0

Hamrun S. ……0

(Hamrun S. 4-2 bil-pens)

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans huma t-tieni finalisti tal-Malta Premier League meta fis- semi-finali għelbu lil Floriana 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ mingħajr goals, biex nhar is-Sibt li ġej huma jaffrontaw lil Bir­kirkara.

L-ewwel taqsima irriżultat bħala waħda ferm tattika, fejn ġew innotati tliet azzjo­nijiet biss denji ta’ nota.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien mi­nuta meta Rihad Mihana kellu xutt sabiħ salvat b’mod aġli ħafna mill-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi.

Floriana wieġbu minuta biss wara meta xutt ta’ Fernandinho intemm ferm għoli. L-Ispartans reġgħu ħolqu l-periklu minuta biss wara, meta Ryan Camenzuli għad­da  lejn Rapahel Lopes Silva li min-naħa tiegħu serva lil Mihana li kellu x-xutt mid- distanza jintemm ftit barra.

Fit-53 minuta, Hamrun tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Ryan Camenzuli xeħet cross li sab lil Silva li kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ftit għoli, bl-istess attakkant żgur li seta’ għamel aħjar.

Mill-azzjoni li seg­wiet fuq in-naħa l-oħra, sekondi biss wara, Fernandinho xeħet barra minn pożizzjoni ideali.

Fis-56 minuta Joseph Mbong ixxuttja ċentrali u dgħajjef biex il-goalkeeper Furjaniż laqa’ bla tbatija.

Fil-65 minuta, l-Ipartans resqu viċin meta Lopes Silva għadda lejn Mbong li kien kompletament żmarkat b’Mafoumbi joħroġ barra minn postu iżda kellu x-xutt tiegħu mblukkat minn Julian Gonzalo Gamarra.

Floriana wieġbu żewġ minuti biss wara meta reġa’ kien Fernandinho li ħoloq il-periklu meta din id-darba ttanta xortih permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit għoli.

Fis-86 minuta Hamrun kellhom f’saqajhom il-goal tar-rebħa meta l-Kroat Roko Prsa għadda tajjeb lejn is- sostitut Talison Lui Barboza li mill-viċin sab lil Mafoumbi attent, li salva tajjeb … biex il-partita marret għall-ħin barrani.

Fid-99 minuta, l-Ispartans ħadu daqqa ta’ ħarta meta weġġa’ d-difensur Steve Borg u minfloku daħal Emerson Marcelina.

Bil-partita tintemm fi draw kellhom jingħataw il-penalties fejn għal Hamrun skorjaw Marcelina, Cadenovic, Mbong u Rapahel Lopes, filwaqt li għal Floriana skorjaw Fernandinho u  Jake Grech.

FLORIANA: 45-Christoffer Henri Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech, 12-Dunstan Vella (9-Elvis Mashike Sukisa 101), 14-Jork Eblin Becerra (79-Guy Cedric Serge Yameogo 95), 17-Owen Spiteri, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 77-Aleandro Garzia (11-Zachary Scerri 94), 94-Jose Fernando Junior Gomes – Coach: Darren Abdilla

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg (6-Daniel Letherby 98), 5-Sven Xerri (92-Cesar Menacho 74), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa (97-Mihael Klepac 113), 20-Jovan Cadenovic, 25-Ederson Bruno Domingos (91-Emerson Marcelina 98), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Redon Mihana (8-Talison Lui Barboza 83), 94-Ryan Camenzuli, 99-Raphael Lopes Silva   – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: Fernandinho (F), S. Xerri (HS)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport