Sirens …………0
Hamrun S. ….2
Ħamrun Spartans kisbu r-raba’ rebħa minn daqstant logħbiet meta huma għelbu lil Sirens 2-0, b’ goal f’ kull taqsima.
Għalkemm Ħamrun kienu aħjar mill-avversarji, Sirens reġa’ kellhom wirja oħra tajba wara li fiż-żewġ logħbiet preċedenti kienu kisbu l-punti fi draws kontra Floriana u Valletta. Il-Ħamruniżi telgħu fil-quċċata bi 12-il punt waqt li Sirens jkomplu jfittxu l-ewwel rebħa hekk kif jinsabu r-raba’ mill-aħħar b’ żewġ punti.
Il-coach ta’ Ħamrun, Branko Nisevic, beda bl-istess ħdax wara r-rebħa minima kintra Marsaxlokk f’nofs il-ġimgħa. Min-naħa l-oħra, Winston Muscat għamel tliet bidliet hekk kif irritorna Alex Cini wara li tilef l-aħħar partita billi kien sospiż waqt li Gary Camilleri kien qed jiskonta logħba sospiża. Bdew ukoll Adrian Borg u Paulo Vyctor Bento li ħadu post Jacob Walker u Gabriel Ventura.
Sirens ħarġu tajjeb b’Bento jgħaddi l-ballun lejn Kolev fuq il-lemin wara biss ħames minuti imma l-goalkeeper Sanchez antiċipa tajjeb. Fuq in-naħa l-oħra, fl-14-il minuta, Marcelina tefa’ għoli wara li rċieva mingħand Fedele.
Ħamrun marru minn fuq fl-24 minuta meta minn corner ta’ Fedele mil-lemin, STEVE BORG għeleb lil Cassar b’ xutt fil-baxx.
Sirens irrispondew b’xutt sabiħ ta’ Kolev li għadda ftit għoli wara corner mil-lemin ta’ Bento fis-27 minuta biex man-nofs siegħa logħob, konklużjoni b’ saħħitha ta’ Pereira għaddiet ftit barra.
Mas-siegħa logħob, Jonny ikkonkluda ġirja tajba fuq il-lemin għal Ħamrun b’ xutt angolat li falla l-mira bi ftit. Erba’ minuti wara, Kolev kellu xutt mill-ewwel li ġie salvat minn Sanchez wara li rċieva cross mix-xellug.
Ħamrun irduppjaw l-iskor fit-73 minuta meta wara freekick fit-tul, AILTON JORGE SOARES bidel il-ballun ma’ Montebello qabel daħal fil-kaxxa u ġibed lejn ix-xellug u għeleb lil Cassar b’ xutt fil-baxx.
Erba’ minuti mit-tmiem, Sanchez wettaq save mill-isbaħ fuq freekick tas-sostitut Sessegnon hekk kif Sirens kienu qed jippruvaw inaqqsu l-iżvantaġġ.
SIRENS – 1-Andrea Cassar, 4-Weder Soares da Silva, 6-Marcelo Pereira Muniz (38-Stephane Sessegnon 71’), 7-Kei Sanok 8-Rei Tachikawa, 10-Sean Cipriott (77-Siraj Arab Eddin 90’), 15-Adrian Borg, 22-Alexander Cini, 25-Paulo Vyctor Bento (9-Wellington de Oliveira 64’), 27-Ivan Veselinov Kolev, 31-Degran Jackson – Coach: Winston Muscat
ĦAMRUN SPARTANS – 56-Pablo Sanchez, 4-Ederson Bruno Domingos, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 7-Luke Montebello (5-Sven Xerri 87’), 9-Elvis Sukisa Mashike (10-Ailton Jorge Soares 56’), 14-Rodrigo Callegari Torre, 20-Matteo Fedele (17-Vinicius de Freitas Ribeiro 56’), 63-Jonny Robert do Nascimento Torres (77-Shaisen Attard 90’), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli – Coach: Branko Nisevic
Referee: Alex Johnson
Assistenti: Edward Spiteri, James Muscat
Raba’ Uff.:Malcolm Spiteri
Skorers: Steve Borg 24’, Ailton Jorge Soares 73’
Ammoniti: D. Jackson, S. Cipriott (S); E. Domingos (Ħ)
Player tal-Logħba: Emerson Marcelina (Ħamrun)