Sirens …………1
Hamrun S. …..1
Minn Cristian Muscat
Iċ-champions Hamrun Spartans komplew jiddiżappuntaw meta sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Sirens biex issa ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar sitt logħbiet.
Barra minn hekk, fil- pożizzjoni li jinsabu fiha, teżisti possibbiltá li anke jistgħu jitilfu posthom mal- ewwel sitta.
Għal Hamrun iddebutta l-coach, Branko Nisevic, li ħa post Mark Buttigieg li ntemmlu l-kuntratt b’mod ħesrem fil-jiem li għaddew. Dan filwaqt li bejn il-lasti irritorna l-goalkeeper, Henry Bonello, wara li fit-telfa ta’ 1-0 kontra Gudja United ma ġiex utilizzat.
Wara bidu kwiet, l-ewwel azzjoni waslet fid-19-il minuta bil-Ħamruniżi jkunu huma li joħolqu l-periklu meta xutt mid-distanza ta’ Claude Dielna ntemm ftit barra.
Tliet minuti wara, Jorge Ailton Soares għadda tajjeb lejn Luke Gambin li kellu t-tentattiv tiegħu salvat mill- goalkeeper tat-team minn San Pawl il-Baħar, Jonathan Debono.
Fit-36 minuta, Sirens wieġbu għall-ewwel darba meta x-xutt ta’ Bogdan Gavrila minn taħt il-lasti ġie mdawwar f’corner minn Bonello.
Iżda fit-42 minuta, Hamrun Spartans fetħu l-iskor meta MATTEO FEDELE venven kanunata mill-bogħod li ma tat l-ebda ċans lil Debono jsalva.
Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Francis William Avoce għadda lejn Marios Lomis li falla mira. Hamrun wieġbu sitt minuti wara b’xutt ta’ Joseph Mbong minn barra l-kaxxa li ntemm ftit għoli.
Fil-55 minuta, Debono salva tajjeb id-daqqa ta’ ras ta’ Steve Borg u, żewġ minuti wara, it-tentattiv ta’ Luke Gambin għadda jħakkek mal-wieqfa.
U kontra x-xejra tal-logħob, fit-62 minuta, Sirens kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ free-kick mogħti minn Bogdan Gavrila, HENRIQUE MARCELINO MOTTA għola tajjeb u b’daqqa ta’ preċiża għeleb għal kollox lil Bonello.
SIRENS: 1-Jonathan Debono, 5-Henrique Marcelino Motta, 7-Conor Borg (30-Carlos Riascos 76), 9-Marios Lomis (33-Vitor Vieira 57), 10-Bogdan Gavrila (31-Degran Jackson 76), 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alex Cini, 23-Francis William Avoce (11-Alfred Effiong 86), 88-Renato Neto Cardoso Porto – Coach: Winston Muscat
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 7-Joseph Mbong, 10-Jorge Ailton Soares, 15-Steve Borg, 17-Franklin Sasere, 20-Matteo Fedele (29-Predrag Djordjevic 73), 23-Luke Gambin, 30-Karl Micallef, 44-Claude Dielna, 91-Emerson Marcelina, 92-Faissal El Bakhtaoui – Coach: Mark Buttigieg
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORERS: M. Fedele 42 (H), H. M. Motta 62 (S)
AMMONITI: J. Walker (S), P. Djordjevic, K. Micallef, F. Sasere (HS)