Saturday, December 21, 2024

Hamrun Spartans jaċċertaw sa tmiem l-ewwel taqsima

Aqra wkoll

Gudja Utd…………….0

Hamrun S……….……4

Hamrun Sparatns irreġistraw rebħa komda ta’ 4-0 fuq Gudja United biex reġgħu telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika tal-BOV Kampjonat Premier.

B’hekk fi spazju ta’ ftit jiem, l-Ispartans għelbu lill- Gudjani darbtejn hekk kif nhar il-Ħamis li għadda eliminawhom mill-FA Trophy bl-iskor ta’ 3-0. 

Min-naħa tagħhom, b’din it-telfa l-Gudjani baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika u kollox jidher li staġun ieħor ma jibqgħux fl-ogħla livell.

L-Ispartans għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta LUKE MONTEBELLO dar tajjeb ma’ difensur avversarju u b’eleganza tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fis-16-il minuta, l-istess Montebello kellu xutt b’saħħtu salvat b’siequ mill-goalkeeper Justin Spiteri.

L-Ispartans baqgħu jiddo­minaw u żewġ minuti biss wara reġa’ kien Montebello li kellu xutt angolat minn pożizzjoni ideali jiġi mdawwar f’corner minn Spiteri, bil-ballun jaħbat max-xibka minn barra biex ta l-illużjoni tal-goal.

Fis-26 minuta, minn azzjo­ni ta’ corner, SETH PAINSTIL, irdoppja minn daqqa ta’ ras. 

Fil-45 minuta, il-Ħamruniżi aċċertaw mir-rebħameta wara li rċeieva minn corner mix-xellug ta’ Luke Monetbello, ELIONAY FREITAS DA SILVA, għeleb lil Spiteri minn daqqa ta’ ras.

Fil-57 minuta, Uros Duranovic ra t-tentattiv tiegħu joħroġ l-aħjar ta’ Spiteri … biex sitt minuti wara, Gudja heddew għall-ewwel darba b’xutt ta’ Joseph Godwin Ime spara xutt mid-distanza li ħabat max-xibka minn barra.

Fis-77 minuta, Hamrun  issiġillaw ir-rebħa meta Seth Paintsil avvanza … ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Spiteri, għadda tajjeb lejn UROS DURANOVIC li minn taħt il-lasta kompla l-ballun għal ġewwa.

Mingħajr tbatija huma komplew jamministraw il-van­taġġ komdu li kel­lhom sa tmiem il-partita.

GUDJA U.: 90-Justin Spiteri, 11-Matias Muchardi, 12-Luca Gatt (99-Gianluca Zammit 86), 17-Josimar Aldair Quintero (30-Stephen Akomeah 74), 22-Ricardo Eusebio Fernandes Mango, 27-Saviour Nwafor (5-Armando Brenner 86), 28-Rodriguez Nanitelamio, 39-Zak Grech (7-Shaisen Attard 61), 77-Aidan Jake Friggieri (19-Mathias Conti 74), 88-Mirko Esposito, 92-Joseph Godwin Ime – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 7-Luke Montebello, 12-Roko Prsa (17-Yulian Nenov 74), 14-Elionay Freitas Da Silva (Gabriel Mangion 85), 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos (Christian Rutjens 74), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 30-Seth Paintsil (9-Felippe Bugeja 82), 91-Emerson Marcelina (42-Nemanja Krstic 74), 94-Ryan Camenzuli – Coach: Lu­ciano Zauri

REFEREE: Darryl Agius

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: L. Montebello 4, S. Paintsil 26, E. Freitas Da Silva 45, U. Duranovic 77 (HS)

AMMONITI: S. Nwafor, R. E. Fernandes Mango (G), E. B. Domingos (H)

Ekonomija

Sport