Monday, December 9, 2024

Hamrun Spartans jagħtu l-ewwel telfa lil Floriana

Aqra wkoll

Floriana …….1

Hamrun S. ….2

Minn Cristian Muscat

Hamrun Sparatns ikkundannaw lil Floriana għall-ewwel telfa staġ­jonali meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Luke Montebello.

B’din it-telfa, il-Furjaniżi ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw biex jispiċċaw din l-Ewwel Fażi fl-ewwel post.

U meta fadal żewġ partiti biex tintemm din il-fażi, issa Floriana għandhom żewġ konfronti mill-aktar diffiċli kontra Sliema Wanderers u kontra Birkirkara, b’dawn tal-aħħar qed jillidjaw il-klassifika b’vantaġġ ta’ tliet punti fuq l-istess Floriana.

L-Ispartans ma setgħux kellhom bidu aħjar meta proprju fis-seba’ minuta huma ngħataw penalty meta Carlo Zammit Lonardelli waqqa’ lil Lopes Silva fil-kaxxa minkejja li deher li mess il-ballun qabel għamel kuntatt mal-avversarju tiegħu.

Mill-11-il metru, LUKE MONTEBELLO xeħet il- ballun fir-rokna tax-xibka.

Fis-17-il minuta, Floriana resqu ferm viċin iżda t-tentattiv ta’ Oualid El Hasni ġie kklerjat minn fuq il-linja fatali minn Marcelina.

Peró, fl-44 minuta kienu l-Ispartans li rduppjaw meta LUKE MONTEBELLO approfitta minn clearance qasira tad-difiża Furjaniż.

Fit-53 minuta, Floriana naqqsu d-distakk meta KYRIAN  NWOKO xeħet fix-xibka minn rebound wara li l-goalkeeper Henry Bonello laqa’ parzjalment ix-xutt ta’ Franklin Sasere.

Fil-75 minuta, Mafoumbi kien pro­videnzjali għal Floriana meta Ryan Camenzuli għadda tajjeb lejn  Talison Lui Barbosa li mill-viċin ra lill-goalkeeper Furjaniż isal­va tajjeb.

Huma komplew jammi­nistraw l-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji, 8-Jake Grech, 12-Dunstan Vella, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro (29-Quadri Allionida 78), 70-Fernando Rodrigues De Araujo (22-Kyrian Nwoko 46), 79-Serge Yameogo (17-Owen Spiteri 46), 97-Emerson Santos De Souza – Coach: Darren Abdilla

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 3-Mattias Ellul, 6-Daniel Letherby, 7-Luke Montebello (22-Gabriel Vella 46) (94-Ryan Camenzuli 68), 8-Talison Lui Barboza, 10-Joseph Essien Mbong, 14-Elionay Freitas Da Silva, 33-Mayron Barbosa, 55-Kean Scicluna (4-Steve Borg 72), 91-Emerson Marcelina (21-Sean Agius 85), 99-Raphael Lopes Silva – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: L. Montebello 8 pen, 44 (HS), K. Nwoko 53 (F)

AMMONITI: G. S. Yameogo, E. S. De Souza, K. Nwoko, Q. Alionida (F), H. Bomello, D. Letherby, T. L. Barboza, J. E. Mbong, Mayron (HS)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport