Kompliet tintensifika l-kampanja ta’ akkwisti ta’ Hamrun Spartans FC, hekk kif ftit tal-minuti ilu tħabbar l-akkwist tal-attakkant Taljan b’dixxendenza Senegaliża ta’ 21 sena, Saliou Thioune.
Thioune huwa prodott tal-Citadella, fejn lagħab mat-tim minn età żgħira sal-livell ta’ Tim A.
Matul iż-żmien tiegħu mal-U17 u l-U19, huwa lagħab total ta’ 60 partita u skorja 24 gowl.
Huwa għamel ukoll żewġ dehriet mat-tim ewlieni ta’ Citadella.
Fl-istaġun 2022/2023, Thioune beda avventura ġdida barra minn pajjiżu meta ffirma ma’ Yverdon Sports fl-Iżvizzera, fejn għenhom jirbħu l-Challenge League tal-pajjiż. Matul dak l-istaġun Saliou Thioune lagħab 10 partiti.
L-istaġun ta’ wara ngħaqad ma’ FC Paradiso, ukoll fl-Iżvizzera, fejn lagħab 19-il partita.
Fl-istaġun li għadda, Saliou Thioune, kien misluf lil FC Locarno, li magħhom lagħab 15-il partita.