HAMRUN SPARTANS…….. 2
MARSAXLOKK……………… 0
Minn Cristian Muscat
F’konfront dirett, Hamrun Spartans għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-0 biex qabżu waħedhom fit-tien post tal-klassifika.
Kienu l-Ispartans li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta Ognjen Bjelicic għadda tajjeb lejn Joseph Mbong li iżda kellu l-konklużjoni erratika minn pożizzjoni ideali.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u żewġ minuti biss wara Matthew Guillaumier indirizza xutt li għadda jħakkek mal-wieqfa.
Kien biss fid-59 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti b’Marsaxlokk ikunu huma li joġoqlu l-periklu meta Corbalan kellu x-xutt minn pożizzjoni ideali jintemm barra, bil-goalkeeper Henry Bonello, megħlub għal kollox.
Iżda Hamrun wettqu reazzjoni mmedjata u mas-siegħa logħob fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross, BLESSING EKELE, xellef il-ballun għal ġewwa, bil-goalkeeper Christoffer Mafoumbi, deher maħsud għal kollox.
Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lil Hamrun u fis-66 minuta resqu qrib li jirdoppjaw meta Matias Nicolas Garcia ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Mafoumbi li ra lil dan tal-aħħar idawwar tajjeb f’corner.
Marsaxlokk irrispondew fis-70 minuta meta Jorge Ailton Soares kellu xutt bid-dawra minn pożizzjoni ideali li ntemm barra.
Iżda kienu Hamrun li ssiġillaw, fit-80 minuta, meta Garcia avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel indirizza cross li ġie devjat qabel intemm għand JOSEPH MBONG li b’daqqa ta’ ras mill-viċin ma ħafirx.
Hamrun S.: Henry Bonello, Sven Xerri, Matthew Guillaumier, Matias Nicolas Garcia (Kleri Serber 87), Joseph Essien Mbong (Mouad El Fanis 87), Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic (Ederson Bruno Domingos 72), Blessing Eleke (Jonny 72), Michele Carboni (Shaisen Attard 67), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli – Coach: Giacomo Modica
Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Rasmus Linden (Ensell Attard 85), Juan Carlos Corbalan, Jose Ulises Arias (James Kirby 80), Jorge Ailton Soares (Redon Mihana 85), Joseph Minala, Leandro Aguirre, Domatas Simkus (Isaac Christie-Davies 67) – Coach: Vincenzo Potenza
Referee: Alex Johnson
assistenti: Mark Ciantar, Kurt Saliba
Raba’ Uff.: Daniel Portelli
Skorers: B. Eseke 60, J. Mbong 80 (H)
Ammoniti: J. C. Corbalan, E. Pepe (M), V. Polito, S. Attard, J. E. Mbong (H)
Player tal-Logħba: Joseph Mbong (Hamrun Spartans)

