Wednesday, June 18, 2025

Hamrun Spartans jiffaċċjaw lil Dynamo Kyiv jekk jeliminaw lil FK Zalgiris mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Jekk jeliminaw lil FK Zalgiris mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni, Hamrun Spartans se jiffaċċjaw lil FC Dynamo Kyiv tal-Ukrajna fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. It-tlugħ tal-poloz sar fid-Dar tal-Futbol Ewropew f’Nyon nhar l-Erbgħa.

Il-logħbiet tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni se jintlagħbu fit-22/23 u fid-29/30 ta’ Lulju 2025 b’Hamrun jew Žalgiris jospitaw l-ewwel leg.

Dynamo Kyiv, li dan l-aħħar iffirmaw lill-attakkant Kolombjan Angel Torres, li kien jilgħab ma’ Balzan, rebħu rekord ta’ 17-il titlu tal-Premier League Ukren u 13-il Tazza Ukrena u qabel, 13-il kampjonat tal-Lega Sovjetika Top League u disa’ Tazzi Sovjetiċi. Huma rebħu t-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi tal-UEFA fl-1975 u l-1986 u s-Super Cup tal-UEFA fl-1975.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport