Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg
Mosta ………….1
Hamrun S. …..2
Hamrun Spartans kellhom jitħabtu biex dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Mosta u b’hekk kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun.
Kienet partita kollox ma’ kollox bilanċjata b’Mosta joffru oppożizzjoni denja iżda fil-ħinijiet l-aktar kruċjali tal-partita, ħarġet fid-deher l-esperjenza tal- players tal-Ispartans li finalment għamlet id-differenza kollha.
Għall-Ispartans iddebuttaw Luke Gambin u Isaac Toah Ntow waqt li għal Mosta lagħab għall-ewwel darba l-goalkeeper Kroat, Marko Jovicic.
Kienu l-Ispartans li ħoqlu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta xutt mid-distanza ta’ Franklin Sasere ġie salvat bla diffikultá minn Marko Jovicic.
Iżda kienu Mosta li fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta l-captain Karl Micalleef ta back pass lill-goalkeeper, Henry Bonello, li b’nuqqas ta’ attenzjoni ma rnexxielux jikkontrolla l-ballun li baqa’ dieħel fix-xibka.
Madankollu, Mosta bilkemm kellhom ċans jifirħu li Hamrun ma kisbux il-goal tad-draw ftit sekondi biss wara permezz ta’ xutt fil-baxx mid-distanza ta’ LUKE GAMBIN li ma ta l-ebda cans lil Marko Jovicic, biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju fid-debutt tiegħu.
Hamrun komplew jippressaw biex jaqilbu l-iskor favur tagħhom u kienu għoddhom għamlu dan man-nofs siegħa logħob meta Gambin minn pożizzjoni kellu t-tentattiv tiegħu salvat minn Jovicic.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun ħarġu ferm aggressivi u fis-56 minuta Jorge Ailton Soares, ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm għoli. Huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti wara, ix-xutt ta’ Gambin, għadda jħakkek mal-wieqfa.
Azzjoni wara l-oħra fit-62 minuta Hamrun rebħu penalty meta Jonas Rodriguez Ekani waqqa’ lil Jorge Ailton Soares fil-kaxxa u l-istess player ma żbaljax mill-11-il metru.
F’reazzjoni Mostija, fid-69 minuta, Sunday Ayonfe minn taħt il-lasta ra lil Bonello jsalva.
Fil-81 minuta, Joseph Mbong, żmarkat għal Hamrun kellu xutt mill-viċin li għadda ftit barra.
MOSTA: 37-Marko Jovicic, 6-Roderick Briffa, 8-Christ Ememe, 13-Clayton Failla, 14-Johnson Nsumoh (7-William Donkin 77), 20-Sunday Akinbule Ayorife, 22-Tyrone Farrugia, 24-Ivan Doric, 33-Mehdi Hetemaj (86-Luiz Igbineweka 78), 77-Zachary Brincat (9-Michael Mifsud 59), 98-Jonas Rodriguez Ekani – Coach: Joseph Grech
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 7-Joseph Essien Mbong, 10-Jorge Ailton Soares (12-Arthur Oyama 89), 17-Franklin Sasere, 20-Isaac Toah Ntow, 23-Luke Gambin, 28-Juan Carlos Corbalan, 30-Karl Micallef (9-Lagzir Soufiane 69), 44-Claude Dielna, 91-Emerson Marcelina – Coach: Mark Buttigieg
REFEREE: Ishmael Babara
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Spencer
RABA’ UFF: Darryl Agius
SKORERS: K. Micallef og 11 (M); L.Gambin 12, J. Ailton Soares 62 pen (HS)
AMMONITI: T. Farrugia, C. Failla, L. Igbineweka, S. Akinbule Ayonfe, C. Ememe (M), C. Dielna, F. Sasere (H)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Luke Gambin (Hamrun S.)