Sunday, December 22, 2024

Hamrun Spartans jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Ritratt: Dominic Borg

Floriana …………1

Hamrun S. …….2

Hamrun Spartans ħadu ftit tan-nifs hekk kif irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk dawn ta’ l-aħħar sofrew l-ewwel telfa.

B’din ir-rebħa l-Ispartans telgħu fil-ħames post b’sitt punti flimkien mal-istess Floriana, Balzan u Valletta.

Kienu Floriana li resqu viċin wara biss ħames minuti meta minn cross ta’ Ryan Camenzuli mix-xellug, Adam Magri Overend kellu x-xutt mill-kaxxa salvat minn Henry Bonello.

Sitt minuti wara, Joseph Mbong kklerja qasir, daħal tajjeb Matias Garcia li qassam lejn Augusto Caseres iżda  l-konklużjoni tiegħu ġiet imdawra f’corner minn Bonello. Ħamrun irrispondew fit-18-il minuta b’ħarba  ta’ Ailton Soares,  li għadda l-ballun lejn Franklin Sasere li kellu xutt angolat salvat minn Kitanov.

Fl-20 minuta, l-Ispartans fetħu l-iskor xutt b’saħ­ħtu mid-distanza ta’ ISAAC NTOW wara li rċieva mingħand Luke Gambin biex ħasad għal kollox lill-goalkeeper Georgi Kitanov

Seba’ minuti wara, huma rduppjaw meta ngħataw pe­nalty wara li FRANKLIN SASERE ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Emiliano Callegari biex mill-11-il metru l-attakkant Niġerjan ma żbaljax.

Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Gambin dendel ballun lejn Soares im­ma r-rovexxjata ta’ dan ta’ l-aħħar għaddiet għolja.

Fil-50 minuta, Soufiane Lagzir sab lill-goalkeeper Ki­tanov attent mill-free-kick tiegħu.   Iżda tliet minuti wara, Floriana naqqsu l-marġni tal-iskor hekk kif minn cross ta’ Camenzuli, Gojkovic ma kklerjax u AUGUSTO CA­SERES kien pront għeleb lil Bonello.

Kien goal li ta kuraġġ lill-Furjaniżi li bdew ikunu aktar avventurużi bil-Ħamruniżi jkunu kostretti li jiddefendu.

Iżda fit-78 minuta, Ħamrun tilfu okkażjoni tajba permezz ta’ Sasere li mill-viċin bir-ras xeħet għoli.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Ove­rend (77-Alejandro Garzia 65), 3-Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 7-Augusto Caseres (29-Eugeniu Rebnja 65), 9-Kristian Keqi, 10-Ulises Jose Arias (22-Brandon Diego Paiber 71), 20-Matias Nicolas Garcia, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (11-Andrei Ciolacu 65), 94-Ryan Camenzuli (96-Daniel Agius 80)   – Coach: Gianluca Atzori

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 7-Joseph Mbong, 9-Soufiane Lagzir (92-Faissal El Bakthaoui 67), 10-Ailton Jorge Soares, 12-Arthur Oyama, 17-Franklin Sasere, 23-Luke Gambin, 30-Karl Micallef, 33-Isaac Ntow, 91-Emerson Marcelina  – Coach: Mark Buttigieg

REFEREE: Darryl Agius

ASS. REFEREES: Roberto Vella, James Muscat

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: I. Ntow 20, F. Sasere 38 pen (HS); A. Caseres 53 (F)

AMMONITI: A. Caseres, E. Callegari (F); F. Sasere, El Bakhtaoui (HS)

     PLAYER TAL-LOGĦBA: Franklin Sasere (HS)

Ekonomija

Sport