Saturday, December 21, 2024

Hamrun Spartans jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt Christine Borg

Gudja United …………..1

Hamrun Spartans ……..3

B’wirja stupenda, Hamrun Spartans irritornaw għar- rebħ meta għelbu lil Gudja United 3-1. M’hemmx dubju li din ir-rebħa pprovdiet injezzjoni morali lill-Ispartans wara bidu ta’ staġun ferm diżappuntanti u li tawgura tajjeb għall-futur.

Kien fil-11-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bil-Gudjani jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Temitope Abdul kellu xutt b’saħħtu mill-viċin li iżda ntemm ftit barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fid-29 minuta, Gabriel Mensah, avvanza tajjeb minn indeċiżjoni fid-difiża iżda kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb ħafna mill-goalkeeper Pablo Sanchez, biex evita goal ċert.

Fl-40 minuta, Aidan Friggieri kellu l-free-kick jiġi salvata mingħajr wisq diffikultá minn Sanchez.

Iżda kienu Hamrun li fetħu l-iskor, fl-44 minuta, meta minn pożizzjoni ideali, l-attakkant Franċiż FAISSAL EL BAKHTAOUI venven xutt li ma ħafirx.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispartans komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fil-55 minuta, wara li kkontrolla tajjeb, Joseph Mbong minn quddiem Glen Zammit, xeħet għoli.

Huma komplew jippressaw u fil-61 minuta reb­ħu penalty meta Rodolfo Soares waqqa’ lil Faissal El Bakhtaoui fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu ARTHUR OYAMA li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xib­ka.

Fit-78 minuta, l-Ispartans żiedu l-iskor meta x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Faissal El Bakhtaoui kien devjat minn Farid Romero Zuniga biex irriżulta f’auto-goal sfortunat.

Fil-85 minuta, Gudja naq­qsu d-distakk  permezz ta’ xutt ta’ AIDAN JAKE FRIGGIERI minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper sostitut Matthias Debono, li kien ilu biss żewġ minuti fil-ground, biex irriżulta f’goal tal-istampi.

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Louis Beland, 7-Aidan Jake Friggieri, 8-Rodolfo Soares (81-Neil Anthony Micallef 69), 10-Llywelyn Cremona, 17-Gabriel Mensah (24-Junior Dibola 65), 22-Hubert Vella, 25-Farid Romero, 27-Justin Grioli, 92-Temitope Abdul, 99-Marcelo Dias  – Coach: Thane Micallef

HAMRUN S.: 56-Pablo Sanchez (24-Matthias Debono 83), 4-Darko Gojkovic, 6-Matthew Guillaumier, 7-Joseph Mbong, 12-Arthur Oyama, 23-Luke Gambin (17-Franklin Sasere 72), 28-Juan Carlos Corbalan (8-Christian Mercieca 81), 30-Karl Micallef, 33-Isaac Ntow, 91-Emerson Marcelina (5-Sven Xerri 83), 92-Faissai El Bakhtaoui   – Coach: Mark But­tigieg

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Aleksandar Jovanovic

SKORERS: F. El Bakhtaoui 44, 78, A. Oyama pen. 61 (H), A. J. Friggieri 85 (G)

AMMONITI: R. Soares, F. Romero (GU), P. Sanchez, I. Ntow (HS)

     PLAYER TAL-LOGĦBA: Faissal El Bakhtaoui (HS)

Ekonomija

Sport