Saturday, September 14, 2024

Hamrun Spartans jitilgħu fil-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ….2

Melita ……………..…..1

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans dawru telfa f’rebħa fuq Melita bl-iskor ta’ 2-1 biex filwaqt li telgħu fil-quċċata tal-klassifika, meta lagħbu partita aktar, ikkundannaw lil Melita għall-ewwel telfa tagħhom.

Melita fetħu l-iskor fis-seba’ minuta meta MATTHEW DEBATTISTA  approfita minn nuqqas ta’ ftehim bejn id-difensur Braiżiljan, Mayron, u l-goalkeeper, Henry Bonello, li ma kienx qed jistenna l-ballun li ħabat ma’ sieq il-wieqfa qabel intemm għand l-attakkant Ġiljaniż li bil-kalma kollha ddepożita l-ballun fix-xibka. 

Melita kienu mill-ġdid perikolużi, fl-14-il minuta, meta Yepes kellu konklużjoni b’saħħitha mid-distanza li ntemmet ftit barra.

Iżda kif bdiet iżżid ix-xita fis-Centenary Stadium, hekk ukoll bdew iżidu l-pres­sjoni  Hamrun Spartans u, fit-22 minuta, meritatament kisbu d-draw meta Juan Carlos Corbalan xeħet cross għan-nofs li sab lil JOSEPH MBONG u permezz ta’ daq­qa ta’ ras minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Melita wieġbu erba’ mi­nuti wara u kienu għoddhom reġgħu dawru l-iskor favur tagħhom meta Alan Borg Olivier għadda tajjeb lejn Andres Jesus Yepez  Mo­r­lets li min-naħa tiegħu serva lil Andre Carlos Penha da Costa li kellu x-xutt devjat f’corner minn Bonello.

Huma komplew fuq l-of­fensiva u fit-43 minuta Karl Mohnani għadda lejn Jean Pierre Attard li niżżel il-ballun lejn Matthew Debattista li t-tentattiv tiegħu ġie devjat f’corner.

Fil-fruħ tat-tieni taqsima, Melita komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fil-55 mi­nuta, tentattiv ta’ Debattista għadda ftit għoli.

Iżda, fil-65 minuta,  kienu Hamrun li resqu viċin meta Roko Prsa, kompletament żmarkat quddiem il-lasti, kellu d-daqqa ta’ ras imdawra f’corner mill-goalkeeper, Gosef Mizzi.

Fil-71 minuta, l-Ispartans irdoppjaw meta  Gareth Ba­rone waqqa’ lil Luke Montebello fil-kaxxa … u mill-11-il metru xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka. 

Melita wieġbu, fl-74 mi­nu­ta, meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Debattista, Attard bir-ras falla l-mira.

Fit-82 minuta, Barone patta għall-iżball tal-penalty meta salva goal ċert hekk kif qala’ minn fuq il-linja fatali mit-tentattiv tal-Ħamruniż Wendell.

HAMRUN S: 1-Henry Bonello, 3-Matthais Ellul, 5-Sven Xerri, 7-Luke Monetbello, 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 25-Ederson Bruno Domingos (77-Shaisen Attard 63), 28-Juan Carlos Corbalan (14-Elionay Freitas Da Silva 63), 33-Mayron, 94-Ryan Camenzuli (17-Wendel Barros 63), 99-Raphael Lopes Silva (19-Vitor Hugo Da Silva 46)   – Coach: Alessandro Zinnari

MELITA: 1-Gosef Mizzi, 3-Aldair Pena Simanca, 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohnani, 9-Andre Carlos Penha Da Costa, 10-Matthew Debattista (23-Paul Galea Testaferrata 76), 11-Alan Borg Olivier, 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 19-Andres Jesus Yepez Moriets (21-Nick Cutajar 60), 26-Kurt Bondin (20-Benjamin Cassar 83), 29-Henrique Marcelino Motta (27-Gareth Barone 46)   – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Daniel Casha

ASS. REFEREES: Mark Ciantar, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Matthew Degabriele

SKORERS: M. Debattisa 7 (M), J. E. Mbong 22, L. Montebello 72 pen (HS)

AMMONITI: G. Mizzi, G. Barone, M. Van De Font Bovenkamp, A. Penha Da Costa (M)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport