Friday, December 20, 2024

Hamrun Spartans jumiljaw lil Balzan

Aqra wkoll

Balzan …………..1

Hamrun S. ……..7

Wara ħasda inizjali, hekk kif sofrew goal kmieni, Hamrun Spartans umiljaw lil Balzan meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 7-1.

Kineu Balzan li fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fil-11-il minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ ALEKSANDAR KATANIC li ntemm fis-saqaf tax-xibka.

Fid-19-il minuta Hamrun rebħu penalty meta Uros Duranocv twaqqa’ fil-kaxxa minn Triston Caruana.

Mill-11-il minuta LUKE MONTEBELLO  ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkepeer, Danilo Golovic, in-naħa opposta.

Fl-24 minuta, irduppjaw meta f’azzjoni maħduma biz­zilla, UROS DURANOVIC, venven xutt b’saħħtu li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper,  Da­nilo Golovic, isalva.

Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, skorjaw it-tielet goal meta  UROS DURANOVIC b’ele­ganza qabbeż il-ballun minn fuq Golovic, biex  irreġistra doppjetta personali.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-58 minuta wara li rċieva minn cross mil-lemin, LUKE MONTEBELLO, kien fil-pożizzjoni t-tajba fil-mument opportun u mill-viċin tefa’ ġewwa.

Hamrun skorjaw il-ħames goal fit-73 minuta meta s-sostitut Seth Paintsil kellu x-xutt mill-viċin jaħbat mal-wieqfa, biex mir-rebound, ROKO PRSA ma żbaljax.

Fid-90 minuta, huma rebħu penalty li minnu inkariga ruħu LUKE MONTEBELLO li ma żbaljax.

Fil-ħin miżjud, l-Ispartans issiġillaw din il-goleada permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ LUKE MONTEBELLO biex b’hekk irreġistra l-poker personali.

B’dawn l-erba’ goals, issa Montebello tella’ t-total għal 13 biex kabbar il-vantaġġ għal ħamsa quddiem Kemar Reid.

Min-naħa ta’ Balzan, ta’ min isemmi li din kienet l-agħar telfa fil-Kampjonat Premier meta dik preċedenti kienet bl-iskor ta’ 7-2 kontra Valletta, nhar it-13 ta’  Marzu, 2012.

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bzozivic, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana (14-Dimeji Awosnya 61), 8-Paul Fenech, 10-Jan Busuttil (6-Marcus Grima 78), 21-Alkesandar Katanic (80-Geoffrey Blackwood 61), 23-Nikola Zerjal, 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens, 77-Aleksa Andrejic (9- Maryluak Aguek 78)   – Coach: Oliver Spiteri

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva (10-Joseph Essien Mbong 65), 23-Uros Duranovic (17-Yulian Nenov 65), 25-Ederson Bruno Domingos, 28-Juan Carlos Corbalan, 91-Emerson Marcelina (27-Ognjen Bjelicic 46), 94-Ryan Camenzuli (3-Kian Vella 83), 98-Jonny (30-Seth Paintsil 65)   – Coach: Luciano Zauri

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: L. Montebello 20, 57, 90, 92, U. Duranovic 24, 46, R. Prsa 73 (H), A. Katanic 11 (B)

AMMONITI: S. Arab, T. Carua­na, P.  Fenech (B), E. Freitas Da Silva (HS)

Ekonomija

Sport