Floriana …….0
Hamrun S. ….5
Fl-aktar konfront mistenni tal-istaġun, Hamrun Spartans litteralment umiljaw lil Floriana b’rebħa ta’ 5-0 biex rebħu l-kampjonat Malti għall-10 darba fl-istorja.
Filwaqt li Floriana kienu ineżistenti għal kollox liema wirja fqira xejn ma kienet tirrifletti l-mixja tagħhom lejn l-isfida għar-rebħ tat-titlu, sa tmiem l-ewwel taqsima, il-Ħamruniżi kienu diġá aċċertati mir-rebħa hekk kif huma daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ erba’ goals … bil-partitarji Furjaniżi, li telgħu bi ħġarhom, bdew triqithom lejn djarhom u jabbandunaw l-Istadium Nazzjonali.
L-Ispartans għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fit-tmien minuti fetħu l-iskor meta Ryan Camenzuli xeħet cross insidjuż fejn sab lil SETH PAINTSIL li b’daqqa ta’ ras preċiża xeħet fix-xibka.
Żewġ minuti biss wara, Hamrun resqu viċin li jirduppjaw meta Jonny avvanza fuq il-lemin izda l-goalkeeper tal-Greens, Nemanja Andrijanic, li kien qed jieħu post ir-regolari Georgi Kitanov li kien sospiż, imblokka x-xutt mill-viċin f’corner. Mill-istess corner mogħti minn Luke Montebello, Steve Borg kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit barra.
Fit-13-il minuta, wara kontrattakk veloċi, Ederson Bruno Domingos għadda lejn Paintsil iżda ġie nnewtralizzat fil-ħin minn Andrijanic
Fit-18-il minuta, l-Ispartans irduppjaw minn rebound ta’ SETH PAINTSIL wara li x-xutt ta’ Luke Montebello ġie salvat parzjalment minn Andrijanic.
Fl-40 minuta, ġie skorjat it-tielet goal meta Elionay Freitas Da Silva żmarka lil Jonny fuq il-lemin, dan għadda tajjeb lejn SETH PAINTSIL li tefa’ ġewwa mill-ewwel.
U żewġ minuti fil-ħin miżjud, Hamrun skorjaw ir-raba’ goal meta xutt fil-baxx ta’ Joseph Mbong ġie mblokkatt minn Andrijanic u mir-rebound, ELIONAY FREITAS DA SILVA bil-kalma kollha xeħet fix-xibka.
Il-partita ma kellha l-ebda storja u fit-tieni taqsima, il-Ħamruniżi naqqsu r-ritmu iżda xorta waħda bdew jikkontrollaw l-andament tal- logħba, bil-Furjaniżi jiġru wara d-dellijiet tagħhom stess … diżullużi u demoralizzati.
Aktar minn hekk, fis-70 minuta, l-Ispartans issiġillaw ir-rebħa hekk kif l-attakkant mill-Ghana, SETH PAINSTIL, inkuruna l-prestazzjoni tiegħu billi rreġistra poker personali meta rċieva through-pass mil-lemin … qabeż lil Andrijanic, li ħareġ barra minn postu, qabel ma ddepożita l-ballun fix-xibka.
FLORIANA: 99-Nemanja Andriannic, 4-Oualid El Hasni, 9-Kemar Reid, 12-Dunstan Vella (8-Jake Grech 58), 17-Owen Spiteri (11-Matheus De Sousa 33), 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko, 79-Guy Serge Yameogo (77-Aleandro Garzia 75), 93-Christos Rovas (7-Mattia Veselji 58), 94-Luis Willis Furtado – Coach: Mauro Camoranesi
HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello, 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa (33-Christian Rutjens 85), 14-Elionay Freitas Da Silva (27-Ognjen Bjelicic 75), 25-Ederson Bruno Domingos (21-Sean Agius 90), 30-Seth Paintsil (42-Nemanja Krstic 75), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny – Coach: Luciano Zauri
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Roberto Vella, James Muscat
RABA’ UFF: Ishmael Barbara
SKORERS: S. Painstil 8, 18, 41, 71, E. Freitas da Silva 48 (HS)
AMMONITI: O. El Hasni, M. N. Garcia, M. Valadzko (F), J. Zerafa (H)
ATTENDENZA: 8,616