Sunday, November 3, 2024

Hamrun Spartans kellhom jitħabtu kontra Marsasxlokk

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans ……1

Marsaxlokk ………..…..0

Hamrun Spartans kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk bl-iskor minimu ta’ 1-0 f’partita kwieta bl-azzjonijiet perikolużi fuq kull naħa jkunu skarsi.

B’hekk Hamrun kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u laħqu lil Birkirkara fil- quċċata tal-klassifika b’disa’ punti.

Ta’ min ifaħħar ukoll il-prestazzjoni tax-Xlukkaj­ri mmexxija mill-coach Pablo Doffo li offrew oppożiz­zjoni denja u li kieku ħarġu b’punt mill-partita ma kienu jisirqu xejn.

Għat-tieni logħba konsekuttiva, Hamrun reġgħu kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-goalkeeper internazzjonali Malti, Henry Bonello, wara li weġġa’ fir-rebħa kbira ta’ 4-1 kontra ċ-champions Hibernians, u b’hekk reġa’ dde­fenda l-lasti l-goalkeeper ta’ riserva, Pablo Sanchez.

Hamrun fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fid-disa’ minuta meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun spiċċa għand JONNY TORRES li minn tarf il-kaxxa spara l-ballun fix-xibka.

Peró jekk l-Ispartans taw l-impressjoni li kienet ġejja xi goleada, ir-ritmu naqas fejn il-logħob kien konċentrat f’nofs biex l-azzjoni li kien imiss waslet fis-36 minuta, min-naħa ta’ Mar­saxlokk  permezz ta’ free­kick ta’ Leandro Aguirre li stampa mal-barriera, biex mir-rebound l-istess player Arġentin ra x-xutt fil-baxx jintemm barra.

L-ewwel 35 minuta tat-tieni taqsima kienu ferm fqar ikkaratterizzati minn logħob monotonu b’Mar­saxlokk jagħmlu minn kollox biex jippruvaw jinfiltraw lid-difiża avversarja iżda kull  darba li ppruvaw jagħmlu dan sabu difiża ferm kumpatta u organizzata li annullat għal kollox l-attakki tagħhom.

Dan sal-81 minuta meta s-sostitut Dodo kellu xutt fil-baxx li ntemm  barra.

Huma komplew jippressaw għat-tieni goal u żewġ minuti biss wara, free-kick tat-Talajn Matteo Fedele għadda jħakkek mal-mimduda.

Iżda fil-85 minuta Marsaxlokk kienu għoddhom kisbu d-draw meta s-sostitut Alfred Effiong minn taħt il-lasta ħareġ l-aħjar ta’ Pablo Sanchez li salva bi bravura.

HAMRUN S.: 56-Pablo Sanchez, 3-Bruno Ederson Domingos, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 7-Luke Montebello (77-Shaisen Attard 68), 9-Elvis Mashike Sukisa, 14-Rodrigo Torre Callegari, 20-Matteo Fedele (5-Sven Xerri 83), 63-Jonny (10-Dodo 68), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenuli  – Coach: Branko Ni­sevic

MARSAXLOKK: 23-Jose Maria Gobbi, 5-Christopher Edafe Uzeh (11-Alfred Effiong 79), 7-Ayrton Attard (10-Conor Borg 58), 14-Omar Walter Serrano, 19-Emerson Vella, 21-Adrian Santiago Ferrareis, 27-Leandro Aguirre, 37-Fabian Santiago Moracci (22-Dale Mifsud 74), 77-Wellington De Sousa Valentim, 88-Dejan Vukovic, 99-Tiago Adan Fonseca   – Coach: Pablo Doffo

REFEREE: Darryl Agius

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: Jonny 9 (HS)

AMMONITI: Jonny, M. Guillaumier, E. Mashike Sukisa, S. Xerri, R. Camenzuli (H), E. Vella, T. Adan Fonseca, L. Aguirre (M)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Matteo Fedele (Hamrun S.)

Sport