Hamrun Spartans telgħu biex jilagħbu kontra FK Žalgiris tal-Litwanja fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League 2025/26. It-tlugħ tal-poloz sar nhar it-Tlieta fil-Kwartieri tal-UEFA f’Nyon, l-Iżvizzera.
L-ispartans mistennija jilagħbu l-ewwel leg barra minn darhom. Il-logħbiet tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni huma skedati għat-8/9 u l-15/16 ta’ Lulju 2025.
Ir-rebbieħ ta’ din il-logħba b’żewġ legs jikkwalifika għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League filwaqt li t-tellief jimxi għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League.
Futbolo klubas Žalgiris, magħrufa komunement bħala FK Žalgiris, huma bbażati f’Vilnius. Il-klabb twaqqaf bħala Dinamo fl-1947. Huma rebħu l-Kampjonat tal-Litwanja 10 darbiet, it-Tazza tal-Futbol Litwana 14-il darba, u s-Supercup Litwana seba’ darbiet.
Wara li għelbu lil Malmo fit-tieni rawnd tal-kwalifikazzjoni taċ-Champions League f’Lulju 2022, Žalgiris saru l-ewwel klabb Litwan li kkwalifika għall-istadji tal-gruppi ta’ kompetizzjoni tal-klabbs tal-UEFA; fejn niżlu għall-istadju tal-gruppi tal-Europa Conference League wara li tilfu fil-play-offs tal-Europa League. Huma spiċċaw fl-aħħar post tal-grupp tagħhom b’ħames punti, u rebħa waħda mis-sitt logħbiet tagħhom wara li għelbu lil Pyunik tal-Armenja u ġew draw ma’ Basel u Slovan Bratislava.
Fl-2024, FK Žalgiris rebħu l-kampjonat wara li kisbu 79 punt minn 36 logħba, 12-il punt vantaġġ fuq Hegelmann li temmew fit-tieni post u 25 punt fuq Kaumo Zalgiris. Madankollu, fl-istaġun 2025, bħalissa jinsabu fit-tielet post mill-aħħar bi 18-il punt minn 15-il logħba.
L-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League
FK Žalgiris (LTU) vs Hamrun Spartans FC (MLT)
KuPS Kuopio (FIN) vs FC Milsami Orhei (MDA)
The New Saints FC (WAL) vs KF Shkëndija (MĊD)
FC Iberia 1999 Tbilisi (GEO) vs Malmö FF (ŻVE)
FC Levadia Tallinn (EST) vs FC RFS (LVA)
FC Drita (KOS) vs FC Differdange 03 (LUX)
Víkingur (FRO) vs Lincoln Red Imps FC (GIB) *
KF Egnatia (ALB) vs Breidablik (ISL)
Shelbourne FC (IRL) vs Linfield FC (NIR)
Fotbal Club FCSB (ROU) vs Inter Club d’Escaldes (AND)
Virtus AC 1964 (SMR) vs HŠK Zrinjski Mostar (BIH) *
NK Olimpija Ljubljana (SVN) vs FC Kairat Almaty (KAZ)
FC Noah (ARM) vs FK Budućnost Podgorica (MNE)
PFC Ludogorets 1945 (BUL) vs FC Dinamo-Minsk (BLR)
It-telliefa ta’ Víkingur (FRO) vs Lincoln Red Imps FC (GIB) u Virtus AC 1964 (SMR) vs HŠK Zrinjski Mostar (BIH) se jgħaddu direttament għat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League minflok it-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni