Saturday, June 21, 2025

Hamrun Spartans mistennija jakkwistaw lill-winger Brażiljan Jonny Robert do Nascimento Torres

Aqra wkoll

Hamrun Spartans FC mistennija jakkwistaw lill-winger Brażiljan Jonny Robert do Nascimento Torres.

Huwa mifhum li l-Brażiljan mistenni li jerġa jilbes il-flokk taċ-champions l-istaġun li ġej tant li fil-ħin li ġej se jkun qed jingħaqad mal-kumplament tal-skwadra f’Sqallija għal kumplament tal-kamp ta’ taħrig li Hamrun qegħdin jagħmlu.

Jonny, li għandu 27 sena, huwa wiċċ familjari u popolari mal-Ispartans tant li listess klabb kien għamel tentattiv li jiffirma lill-plejer f’Jannar li għadda qabel ma l-istess plejer sofra injury.

Wara li kien ħalla lil Hamrun, il-plejer kien irritorna jilgħab fil-Brażil, l-ewwel ma’ Amazonas FC u wara mat-tim ta’ Remo FC.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport