Hamrun Spartans …… 1
Mosta ………………………… 1
Hamrun Sparatns sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 minn Mosta.
Hamrun ħarġu fuq l-offensiva u wara biss erba’ minuti Ognjen Bjelicic kellu xutt b’saħħtu li ra lilll-goalkeeper ta’ Mosta, David Akpan Udoh, idawwar tajjeb f’corner.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u minuta biss Jonny avvanza tajjeb iżda kellu x-xutt tiegħu jintemm ferm għoli.
Fis-seba’ minuta Ognjen Bjelicic reġa’ sab lil Akpan attent li dawwar tajjeb f’corner.
Tliet minuti wara, Uros Duranovic naqas milli jolqot il-ballun, bid-difiża ta’ Mosta tkun pronta u tikklerja.
Fit-22 minuta, ir-referee Darryl Agius wera l-karta l-ħamra lil Joseph Mbong li ma kienx fil-pitch iżda kien qed jagħmel il-warming-up tiegħu, biex b’hekk l-Ispartans xorta waħda baqgħu jilagħbu bi 11-il player.
Fit-38 minuta Hamrun Spartans fetħu l-iskor meta UROS DURANOVIC approfitta bis-sħiħ minn indeċiżjoni ta’ Akpan u tefa’ ġewwa.
Iżda kontra x-xejra tal-logħob, Mosta ġabu l-iskor indaqs fis-47 minuta, meta Nathan Agius xeħet cross mil-lemin lejn KEVIN TULIMIERI li mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fis-76 minuta, Mosta tilfu ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġmeta Kevin Tulimieri żmarka lil Eric Mensah iżda kellu x-xutt tiegħu jintemm barra.
Fil-95 minuta Mosta spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa Ndubisi Nnaji għal żewġ karti sofor.
Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 7-Luke Montebello, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva (42-Nemanja Kristic 73), 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos (17-Yulian Nenov 81), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny (30-Seth Painstil 46) Coach: Luciano Zauri
Mosta: 22-David Udoh Akpan, 3-Thomas Shedrack Tegwi (27-Eric Mensah 62), 6-Nathan Obidike Chukwudi, 11-Christian Nnaji Ndubuisi, 13-Clayton Failla (4-Gustavo Adolfo Chara Valois 44), 16-Gianluca Sciberras, 20-Willie Britto Dagou, 21-Nathan Agius, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (7-Isah Aliyu 62), 92-Kevin Tulimieri (5-Sasha Cachia 81) Coach: Joseph Grech
Referee: Darryl Agius
Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara
Skorers: U. Durnaovic 38 (HS), K. Tulimieri 47 (M)
Tkeċċew: J. Mbong 22 (H), C. Ndubisi Nnaj 95 (M)
Ammoniti: H. Bonello, U. Duranovic, E. Marcelina, J. Zerafa (H), C. Ndubisi Nnaj (2), G. Sciberras, J. Vassallo (M)
Player tal-Logħba: Uros Duranovic (H)