Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Villalambrosa fil-Ħamrun.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Suzuki Alto misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Ħamrun u Ford Transit misjuq minn Sirjan ta’ 36 sena, residenti l-Pietà.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq Ħamruniż għal aktar attenzjoni medika fl-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.