Sunday, December 22, 2024

Ħamruniż iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Ħal Lija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 67 sena residenti l-Ħamrun kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta Ħal Lija.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda AFS, tilef il-kontroll u waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport