Saturday, December 21, 2024

Ħamruniż jammetti li ħebb għal missieru

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena li jgħix il-Ħamrun kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin talli ħebb għal missieru.

L-inċident seħħ fid-dar tal-missier fil-Fgura bl-iben jammetti wkoll li hedded lil missieru.

Il-Maġistrat Gabriella Vella ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal erba’ snin biex tħares lill-missier u wissiet lill-iben li jekk fi żmien sena jdejjqu jeħel multa ta’ €100.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Joanna Piscopo li investigat il-każ.

Ekonomija

Sport