Monday, December 23, 2024

Ħamsa investigati b’rabta mal-mewt ta’ Ahmed Diriye

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga 5 persuni b’rabta mal-mewt ta’ Somalu li kien waqa’ waqt li kien qed jaħdem fuq fabbrika fil-Marsa.

Rapporti fil-midja lokali qed jirrapurtaw li waqt li żewġ persuni ġew arrestati, it-tlieta l-oħra ġew mitkellma mill-Pulizija fuq suspett ta’ involviment fil-każ.

Il-każ seħħ fit-22 ta’ Diċembru li għadda meta Ahmed Diriye; Somalu ta’ 39 sena li joqgħod Birżebbuġa, waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien fuq is-saqaf ta’ fabbrika fil-Qasam Industrijali tal-Marsa qed iwaħħal xi pannelli tax-xemx.

Dwar l-inċident qiegħda tinvestiga wkoll l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u nfetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Leonard Caruana.

Ekonomija

Sport