Tuesday, December 24, 2024

Ħamsa mejtin u oħrajn midrubin fi sparatura f’gay club f’Colorado

Aqra wkoll

Ħames persuni nqatlu u 18 oħra ndarbu fi sparatura f’Colorado fl-Istati Uniti. B’rabta ma’ dan il-każ il-pulizija qiegħda żżomm raġel suspettat li kien l-persuna wara dan il-qtil li wkoll qiegħed jingħata l-kura għal xi ġrieħi li sofra.

Fi stqarrija l-Club Q iddikjara d-dispjaċir tiegħu għal dan l-attakk ta’ mibegħda u rringrazzja lill-klijenti li rnexxielhom jżommu lill-aggressur milli jkompli bil-massakru. Fl-2016, 49 persuna sfaw vittmi ta’ attakk f’gay club fi Florida. 

Il-pulizija min-naħa tagħha qalet li s’issa għadu mhux magħruf il-motiv wara l-isparatura u li filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, l-għadd ta’ persuni mejta u dawk midrubin jista’ jiżdied.

Il-klabb kien qed jorganizza festin taż-żfin waqt li seħħet l-isparatura u kien ippjanat li jorganizza attività fuq skala ikbar l-għada filgħaxija biex jiċċelebra il-jum li jfakkar lit-Transesswali.

Ekonomija

Sport