It-tliet delegati Maltin tal-EHF ġew nominati mill-Federazzjoni Ewropea tal-Handball biex jamministraw il-partiti internazzjonali dan il-weekend.
Marylyn Agius se tkun qed tiddelega logħba doppja tat-Tazza Ewropea tan-Nisa fl-Italja, preċiżament f’Pontinia fejn l-ospiti HC Cassa Rurale Pontinia jiffaċċjaw lit-tim Żvizzeru LK Zug Handball. Ir-referees huma Ioannis Fotakidis u Charalampos Kinatzidis mill-Greċja.
Matthew Mamo se jkun f’Malaga, Spanja għall-partita tat-tieni leg tal-EHF European League Qualification Round 2 bejn it-tim ospitu Costa del Sol Malaga u SCM Gloria Buzau mir-Rumanija. Christian Hannes u David Hannes mill-Ġermanja huma r-referees tal-partita.
Alan Grima se jkun inkarigat f’Pescara, l-Italja għall-partita ta’ Kwalifikazzjoni tal-Irġiel EURO 2024 Fażi 2 Grupp 8 bejn l-Italja u Franza. Franza huma ċ-ċampjins Olimpiċi renjanti u spiċċaw fir-raba’ post fl-aħħar EURO u Kampjonat tad-Dinja. Ir-referees nominati għall-partita huma Premysl Fukala u Radek Mohyla mir-Repubblika Ċeka.