Tuesday, December 24, 2024

Ħanżir jirnexxilu jsalva ħajjet sidu

Aqra wkoll

Gilbert Anaya — Amerikan ta’ 30 sena min-New Jersey u veteran tan-navy Amerikana — qal li l-ħanżir tiegħu, Hamilton, salvalu ħajtu. Dan hekk kif waqt li kienet qed taqbadlu d-dar, il-ħanżir għalaq il-bieb tal-garaxx u din l-azzjoni għenet sabiex in-nar ikompli javvanza b’rata inqas mgħaġġla u Anaya akkwista iktar ħin biex jirnexxilu joħroġ mill-bini.

F’intervista li kellu lbieraħ mal-midja Amerikana New York Post, huwa qal li ġie mgħarraf li l-fatt illi l-ħanżir għalaq il-bieb tal-garaxx, dan tah vantaġġ ta’ 15-20 minuta. “Li kieku m’għalaqx dak il-bieb, in-nar u l-foga kienu jinxterdu iżjed malajr,” kompla jgħid Anaya.

L-inċident seħħ fil-11 t’April li għadda. Ir-raġuni li kkawżat in-nirien kienet short-circuit fis-surge protector. Il-friex ta’ Hamilton ħa n-nar u apparentament dan kien li wassal sabiex il-ħanżir iqum mir-raqda.

Kemm Anaya kif ukoll il-persuna l-oħra li kien hemm miegħu fid-dar irnexxielhom joħorġu mid-dar qawwijin u sħaħ wara li l-pumpieri rnexxielhom jitfu n-nar.

Ekonomija

Sport