Thursday, December 26, 2024

“Ħaqqu prosit ir-raġel li beda jkellem liż-żagħżugħ bil-kelma t-tajba u ħarġu barra mill-Knisja”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ħaqqu prosit dak ir-raġel li jien ma nafux, li b’mod intelliġenti ħafna beda jkellem iż-żagħżugħ li daħal fil-Knisja tagħna tal-Balluta u bil-kelma t-tajba rnexxielu joħorġu ‘l barra mill-knsija.  Meta ż-żagħżugħ tela’ fejn l-artal u tfewlu l-mikrofonu għax beda jgħajjat, marru xi rġiel lejl iżda hu beda jgħidilhom biex ma jersqux għax joqtolhom. Kien hemm wieħed li imma beda jkellmu bil-kelma t-tajba u kien hu li rnexxielu joħorġu ‘l barra mill-Knisja. Jien kont rieqed dak il-ħin imma ġew jinfurmawni u nżilt mill-ewwel u sibt li ż-żagħżugħ kien diġà barra mill-knisja”.

Dan sostnieh ma’ Talk.mt, il-pirjol tal-Karmelitani fil-Balluta, Fr Charles Mallia, li ma naqasx li jesprimi t-tifħir u rringrazzjament tiegħu lil dak ir-raġel li rnexxielu joħroġ liż-żagħżugħ mill-knisja bil-kelma t-tajba. 

Meta kuntattjat Fr Mallia qalilna li “jien kont rieqed u nżilt mill-ewwel fil-Knisja. Ma kienx hemm ħsarat. Hu tela’ fejn hemm l-artal u beda jitkellem minn hemm. Qaleb il-leġiju.  Bejnietna bdejna ngħidu nzertajna li għandna injam b’saħħtu. Dan qabad jgħajjat kif tela’ fuq l-altar u immedjatament  tfewlu l-mikrofonu.  Telgħu xi rġiel imma hu qalilhom li jekk jersqu lejh joqtolhom. Kien hemm raġel intelliġenti li beda jkellmu . Ħaqqu prosit għax bil-kelma t-tajba rnexxieu joħorġu barra mill-knisja”. 

Ekonomija

Sport