L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane, huwa rappurtat li jkun interessat li janalizza offerta minn Manchester United matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Il-player ta’ 28 sena skorja 22 goal u rreġistra seba’ assists fi 42 dehra għal Spurs dan l-istaġun, u rritorna għall-aqwa forma tiegħu fl-aħħar xhur wara bidu kajman tal-istaġun.
Kane ġie mċaħħad minn trasferiment ta’ flus sostanzjali ma’ Manchester City fis-sajf li għadda, iżda għal darb’oħra hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu, b’Manchester United maħsuba li huma ħerqana li jiffirmaw lill-captain tal-Ingilterra fis-suq li ġej.
L-attakkant jidher ‘interessat’ li janalizza bir-reqqa l-offerta mir-Red Devils qabel jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu.
Kane issa jinsab fl-aħħar sentejn tal-kuntratt tiegħu fit-Tottenham Hotspur Stadium, li jfisser li l-club mit-Tramuntana ta’ Londra jinsab f’pożizzjoni aktar dgħajfa biex jinnegozja ħlas għoli milli kien fis-sajf li għadda.
Manchester United huma maħsuba li identifikaw lill-Ingliż bħala l-player ideali biex imexxi l-attakk tagħhom l-istaġun li ġej fost l-inċertezza dwar il-futur ta’ Cristiano Ronaldo.
Real Madrid jingħad ukoll li qed iżommu għajnejhom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni, madankollu, u jistgħu jagħmlu offerta għalih jekk Tottenham jindikaw li huma miftuħa għall-offerti.