Monday, November 18, 2024

Harry Kane jagħmel id-debutt ma’ Bayern Munich fit-telfa tas-Super Cup Ġermaniża

Aqra wkoll

Il-captain tal-Ingilterra, Harry Kane, għamel id-debutt tiegħu ma’ Bayern Munich hekk kif tilfu 3-0 kontra RB Leipzig fis-Super Cup Ġermaniża.

Sigħat biss wara li s-Sibt iffirma għas-somma ta’ £86 miljun mingħand Tottenham, l-attakkant daħal bħala sostitut fl-64 minuta fejn ingħata ovazzjoni tremenda. 

Fil-veritá huwa ftit li xejn għamel impatt.

L-eroj ta’ din il-finali kien Dani Olmo  (3, 44, 68 pen) li skorja hat-trick għal Leipzig biex ċaħħad lil Kane, 30 sena, li jirbaħ  l-ewwel trofew tal-karriera tiegħu.

L-ewwel goal ta’ Olmo kien fir-rokna tax-xibka wara cross ma ġiex ikklerjat. It-tieni wieħed kien brillanti, meta dawwar lil Matthijs de Ligt qabel ma għadda l-ballun minn bejn saqajn Sven Ulreich.

Imbagħad, l-attakkant ta’ Spanja kiseb il-hat-trick tiegħu b’penalty wara l-introduzzjoni ta’ Kane.

Ekonomija

Sport