Sunday, November 24, 2024

Harry Kane jċedi għall-pressjoni tal-FIFA fir-rigward tal-faxxa ta’ captain OneLove

Aqra wkoll

Il-captain tal-Ingilterra, Harry Kane, ma libisx il-faxxa tal-qawsalla ‘OneLove’ għall-partita kontra l-Iran minħabba li jista’ jintwera l-karta s-safra qabel il-bidu tal-partita. 

Huwa ried jilbes din il-faxxa bħala turija ta’ solidarjetá mal-komunitá ta’ LGBT+.

Dan it-tournament huma mimli konstroversja hekk kif il-biċċa l-kbira tan-nazzjonijiet li qed jieħdu sehem semmgħu leħinhom kontra l-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż u l-atroċijiet kontra d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll id-diskriminazzjoni kontra l-omosesswalitá. 

Iżda l-FIFA għandha regoli stretti dwar l-ilbies li jista’ jintlibes mill-plejers u din il-faxxa ta’ captain mhix permessa taħt il-kodiċi.

Sakemm il-FIFA ma tagħtix permess li din il-faxxa ma tistax tintlibes. Il-korp governattiv dinji saħaq li se jittieħdu passi dixxiplinari jekk il-kodiċi ta’ din ir-regola jinkisru. 

Sport