Sunday, November 24, 2024

Harry Kane jikser ir-rekord ta’ goals ta’ Bobby Charlton f’Wembley

Aqra wkoll

Fir-rebħa ta’ 3-1 kontra l-Italja, vali­da mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-attakkant Ingliż, Harry Kane, kompla jikser ir-rekords.

Huwa kiser ir-rekord tal-leġġendarju Bobby Charlton li kien ilu fis-seħħ mill-1970. Dan kien jikkonsisti f’goals skorjati f’Wembley Stadium. 

L-attakkant ta’ Bayern Munich skorja minn penalty, fit-32 minuta, mirbuħ minn Jude Bellingham. B’hekk, filwaqt li kiseb id-draw wara li Gianluca Scamacca (15) fetaħ l-iskor għall-Azzurri, Kane laħaq ir-rekord ta’ Charlton għal total ta’ 23 goal. 

Imbagħad, wara li Marcus Rashford xeħet lill-Ingliżi fil-vantaġġ, fis-57 minuta, l-istess Kane ssiġilla r-rebħa … meta fis-77 minuta, seraq ballun lil difensur Taljan,  avvanza u għeleb lil Gianluigi Donnarumma.  

Dan il-goal kien jimmarka l-24 goal tiegħu f’Wembley Stadium u l-61 personali bil-flokk tal-Ingilterra biex kompla kabbar it-total tiegħu, li fil-veritá diffiċli biex jintlaħaq. 

Il-leġġendarju l-ieħor, Gary Lineker, jinsab fit-tielet post bi 22 goal f’Wem­bley meta qatt ma rnexxielu jilħaq ir-rekord ta’ Charlton. 

Sport