Ilbieraħ kienet ġurnata speċjali għall-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane li proprju fil-logħba mill-UEFA Nations League kontra l-Finlandja lagħab il-mitt logħba tiegħu mat-tim nazzjonali Ingliż. Hu mdorri jagħmel tip ta’ rekords bħal dawn meta anke skorja 68 gowl mat-tim imlaqqam The Three Lions li jagħmlu l-aktar skorer prolifiku mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Fil-fatt hu anke skorja lbieraħ fir-rebħa li kellu kontra t-tim Skandinavu.
F’kumment li ta Kane qal li jinsab ferm kuntent li laħaq dan it-tragward għalkemm ammetta li issa jixtieq irebbaħ lit-tim ta’ pajjiżu xi trofew qabel ma jirtira.