Sunday, December 29, 2024

Harry Kane jingħaqad ma’ Bayern Munich b’mod uffiċjali

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Ingliż, Harry Kane ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi, Bayern Munich, b’kuntratt ta’ erba’ snin, u b’hekk temm il-karriera tiegħu ma’ Tottenham Hotspur. 

Kane iffirma ftehim li jiswa aktar minn £95 miljun u jista’ jiddebutta fil-logħba tas-Super Cup Ġermaniża tas-Sibt kontra RB Leipzig.

Kane, 30 sena, ħalla lill-club minn Londra bħala l-aqwa skorer tagħhom ta’ kull żmien b’280 goal f’435 dehra.

F’post fuq il-midja soċjali, huwa qal li “ħass li dan kien iż-żmien li jitlaq” lil Spurs.

Kane kien marbut ma’ ċaqliq ma’ Manchester City fl-2021, u l-futur tiegħu kien inċert dan is-sajf minħabba li kien fadallu biss sena kuntratt ma’ Tottenham.

Huwa kien marbut ukoll ma’ Manchester United u Real Madrid aktar kmieni dan is-sajf, qabel ma Bayern għamlu l-mixja tagħhom. Wara li diversi offerti ġew rifjutati, finalment nhar il-Ħamis intlaħaq ftehim bil-konsegwenza li mar fil-belt ta’ Munich biex isirlu t-test mediku u jiffinalizza l-firma tal-kuntratt tiegħu. 

Iċ-chairman ta’ Spurs Daniel Levy qal li l-club ma seta’ jagħmel xejn bis-sitwazzjoni u għaldaqstant kontra qalbu kellu jħalli lil Kane jitlaq mill-club. 

“Aħna fittixna fuq perjodu twil ta ‘żmien biex ningaġġaw lil Harry u r-rappreżentanti tiegħu f’diversi forom ta’ estensjoni tal-kuntratt, kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul,” qal Levy.

“Harry kien ċar, madankollu, sostna li ried sfida ġdida u mhux se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid dan is-sajf.”

Ekonomija

Sport