Il-captain tal-Ingilterra jista’ jintwera karta safra u jista’ jiġi sospiż jekk huwa jilbes il-faxxa bil-kuluri tal-qawsalla OneLove bħala turija ta’ solidarjetá mal-komunitá ta’ LGBT+.
Dan it-tournament huma mimli konstroversja hekk kif il-biċċa l-kbira tan-nazzjonijiet li qed jieħdu sehem semmgħu leħinhom kontra l-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż u l-atroċijiet kontra d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll id-diskriminazzjoni kontra l-omosesswalitá.
Iżda l-FIFA għandha regoli stretti dwar l-ilbies li jista’ jintlibes mill-plejers u din il-faxxa ta’ captain mhix permessa taħt il-kodiċi.
Sakemm il-FIFA ma tagħtix permess li din il-faxxa tista’ tintlibes, Kane jista’ jintwera karta safra qabel is-suffara inizjali tal-logħba kontra l-Iran. U jekk jerġa’ jilbisha kontra l-Istati Uniti, huwa jerġa’ jintwera karta safra oħra bil-konsegwenza li jiġi sospiż fil-logħba sussesgwenti, jiġifieri, kontra Wales.