Harry Kane jrid garanziji li l-manager ta’ Tottenham Hotspur, Antonio Conte, jkun appoġġjat b’mod finanzjarju fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Aktar kmieni din il-ġimgħa u wara li Spurs kienu sofrew it-tielet telfa kosnekuttiva fil-Premier League, Conte irrikonoxxa li ħass li l-iskwadra tal-ewwel team ta’ Spurs kienet iddgħajfet matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-kummenti tat-Taljan jaslu fi żmien meta Kane bħalissa jinsab fil-proċess li jikkontempla l-futur tiegħu wara li ma għażel li ma jħallix il-club is-sena l-oħra.
Il-captain tal-Ingilterra mhux se jikkunsidra li jiffirma kuntratt fit-tul sakemm jara li jsir progress fir-rigward tal-akkwisti ġodda.
Huwa mifhum li l-player ta’ 28 sena qed iħossu aktar kuntent bil-ħajja fit-Tramuntana ta’ Londra, mgħejjun mill-wasla ta’ Conte f’Novembru.
Madankollu, jidher li l-iffirmar ta’ termini ġodda ma’ Spurs għadu xi ftit ‘il bogħod, partikolarment meta huma qed jitħabtu biex jikkwalifikaw għaċ-Champions League tal-istaġun li ġej.