Tidher aħbar kemmxejn stramba … forsi spekulazzjoni!
Iżda fuq Twitter qed iddur din l-aħbar li Liverpool qed juru nteress qawwi biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Ingliż, Harry Kane, mingħand Tottenham Hotspur.
Dan minħabba li wara l-finali tal-UEFA Champions League tas-Sibt, Sadio Mane se jħabbar il-futur tiegħu.
Huwa sostna li bħalissa huwa kkonċentrat fuq il-finali u wiegħed li nhar il-Ħadd li ġej se jħabbar jekk huwiex se jġedded il-kuntratt mar-Reds jew inkella se jingħaqad ma’ xi club ieħor fis-sajf li ġej.
Fuq il-media soċjali qed jingħad li Mane se jingħaqad ma’ Bayern Munich.