Ħafna qed iqisuha bħala telenovela dik tal-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane li jidher li se jitlaq lil Tottenham Hotspur wara 14-il sena iżda fl-istess ħin dan kollu jista’ ma jsirx.
Dan hekk kif skont ġurnal prominenti Ingliż, il-kowċ ta’ The Spurs Ange Postecoglou jista’ jikkonvinċi lil Kane sabiex jibqa’ u jġeddulu l-kuntratt li jkun ilaħħaq aktar minn €400,000 fil-ġimgħa.
Kane qed jiġi msemmi ma’ Bayern Munich ukoll b’din is-saga li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar xhur.