Manchester United jinsabu ferm interessati biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Ingliż, Harry Kane, mingħand Tottenham Hotspurs.
Il-United ma għamlu l-ebda sigriet tal-fatt li se jkunu fis-suq għall-aqwa attakkant fis-sajf u fil-veritá Kane jilħaq dawn il-kriterji.
Min-naħa tiegħu, il-captain tal-Ingilterra jinsab lest li jaqta’ r-rabtiet ma’ Tottenham u jrid iċ-ċans li jirbaħ it-trofej qabel ma jkun tard wisq.
Jekk dan iseħħ, wieħed jiftakar meta 26 sena ilu, ir-Red Devils kienu ffirmaw lil Teddy Sheringham mingħand Spurs.
Jidher li l-coach, Erik ten Hag, qed jibni team bi pjan bil-għaqal.