Jidher li isem l-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane qed jissemma’ aktar u aktar fl-Ingilterra hekk kif mistenni jkun ix-xewqa ta’ diversi klabbs Ewropej li lesti sabiex jiksbu l-firma tiegħu.
Fil-fatt ma’ Manchester United u Bayern Munich, issa żdiedu wkoll iċ-champions Franċiżi Paris St Germain li qed ifittxu skorer prolifiku.
Id-diriġenti ta’ Tottenham lesti biex jinnegozjaw għalkemm il-klabb prospettiv irid joħroġ madwar €100 miljun mill-but.