L-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane hu dejjem viċin li jingħaqad ma’ Bayern Munich, dejjem skont dak li ġie rrappurtat fil-gazzetti Ingliżi. Daniel Levy ta’ Tottenham u d-diriġenti mill-Bavarja qed jiltaqgħu sabiex jiddeċiedu x’se tkun it-triq ‘il quddiem f’dan ir-rigward.
Bayern Munich huma lesti li jħallsu s-somma ta’ €87 miljun, ċifra enormi meta tqis li Kane se jiskadilu l-kuntratt tiegħu ma’ The Spurs.
Minkejja kollox, l-istess Levy mhux se jċedi b’din iċ-ċifra u jneħħi lil Big Harry biss jekk it-tim minn Munich joħorġu €100 miljun għalih.