Id-difensur ta’ Manchester United, Harry Maguire ċaħad allegazzjonijiet ta’ xi diżgwid bejnu u Cristiano Ronaldo li rigwrad min għandu jkun captain tal-club.
Il-Ħamis filgħaxija, ġie rrappurtat li Maguire ħassu ‘imminat’ mill-influwenza ta’ Ronaldo fid-dressing room tal-United, bis-suġġeriment ikun li kien qed jitlef ir-rispett bħala captain tal-club.
Barra minn hekk, ġie miżjud li l-fenomenu Portugiż kien għamel sforz biex iġib lil sħabu kollha jiġbdu fid-direzzjoni t-tajba, aktar milli lil Maguire.
Madankollu, Maguire mar fuq il-media soċjali biex jiċħad dawk it-talbiet, u qal li kulħadd f’Manchester United huma “magħquda”.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, sieħbu Marcus Rashford ukoll ħa l-istess approċċ biex jiċħad li kien hemm xi tip ta’ diżgwid fi ħdan id-dressing room tal-United.