Id-difensur veteran Ingliż Harry Maguire m’għandu l-ebda pjan li jitlaq lil Manchester United f’Jannar li ġej. Minkejja li hemm inċertezza kbira fir-Red Devils wara l-aħħar tkeċċija ta’ Erik Ten Hag minn kowċ, il-plejer internazzjonali Ingliż sostna li jinsab kuntent f’Old Trafford u ma jarah mal-ebda tim ieħor.
Minkejja li Ruben Amorim għadu ma ġiex ikkonfermat bħala kowċ tar-Red Devils, Maguire qal li se jkun qed jitħarreġ b’mod normali sabiex meta jingħata ċ-ċans dejjem ikun ippreparat.