B’sorpriża għal kulħadd, id-difensur internazzjonali Ingliż Harry Maguire jista’ jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United. Diversi gazzetti Ingliżi semmew dan għalkemm xi kritiċi qalu li qajla jista’ jservi sabiex itejjeb il-problemi li għandhom fid-dipartiment difensiv.
Il-kuntratt ta’ Maguire ma’ Manchester United jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun iżda jidher li ż-żmien tiegħu f’Old Trafford jaf idum iktar.
Maguire għandu 31 sena u ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2019 fejn skorja sitt gowls f’144 partita.