Il-manager temporanju ta’ Manchester United, Ralf Rangnick, ikkonferma li Harry Maguire se jibqa’ captain tal-club tal-inqas sa tmiem l-istaġun.
Il-wirjiet riċenti ta’ Maguire ġew ikkritikati ħafna, u rapport riċenti sostna li Rangnick kien qed jikkunsidra li jagħti l-faxxa ta’ captain lil Cristiano Ronaldo għall-kumplament tal-istaġun.
Il-player ta’ 28 sena mar fuq il-media soċjali nhar il-Ġimgħa biex jiċħad is-suġġerimenti, u saħaq li l-iskwadra hija “magħquda” u ffukata fuq il-konfront tal-Premier League tal-Ħadd kontra Leeds United.
Rangnick issa ċaħad bis-sħiħ li kien hemm diskussjoni dwar il-bidla tal-captain f’Old Trafford, b’Maguire lest li jżomm il-faxxa għall-bqija tal-istaġun 2021-22.
“Biex tibda, irrid ngħid li dan kollu li qed jingħad assolutament ma jagħmilx sens,” Rangnick qal lill-ġurnalisti. “Qatt ma tkellimt ma’ xi player dwar bidla possibbli bħala captain. Harry kien konxju bis-sħiħ minn dan, hekk ukoll Cristiano u l-players l-oħra. Din qatt ma kienet kwistjoni għalija.”
“Huwa jien li niddeċiedi min ikun l-captain u għalhekk m’hemm l-ebda raġuni biex nitkellem dwar dan ma’ persuna oħra. Harry huwa l-captain tagħna u se jibqa’ l-captain tagħna sa tmiem l-istaġun u m’hemm xejn aktar xi żżid ma’ dan. .”
Iktar kmieni din il-ġimgħa, Marcus Rashford ċaħad ukoll li kien hemm kwistjoni fid-dressing room ta’ Manchester United wara suġġerimenti li l-wasla ta’ Ronaldo kienet qed tħawwad lill-players Ingliżi f’Old Trafford.