Meta llum jiġi fi tmiemu s-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar, bosta huma dawk il-clubs li qed jagħmlu l-aħħar tentattiv biex jagħmlu l-aħħar akkwisti.
Fost dawn hemm Inter li jridu jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta’ Manchester United, Harry Maguire.
In-Nerazzurri jinsabu fis-suq għal difensur ċentrali ġdid bl-internazzjonali Slovakk, Milan Skriniar, jinsab viċin biex jingħaqad ma’ Paris St Germain u r-reputazzjoni ta’ Maguire għadha għolja wara l-wirjiet pożittivi tiegħu fit-Tazza tad-Dinja.
Maguire beda logħba waħda tal-Premier League għar-Red Devils, b’Erik ten Hag jagħti l-fiduċja lil Lisandro Martinez u Raphael Varane.
Il-coach Olandiż irid iżomm lil dan il-player ta’ 29 sena f’każ ta’ li jkun sostitut denju jekk ikun hemm xi injuries jew inkella sospensjonijiet.
Iżda Maguire qed jevalwa s-sitwazzjoni tiegħu minħabba li jrid jilgħab b’mod regolari. Minkejja li huwa kien captain fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Reading fl-FA Cup, huwa lest li jitlaq lill-club biex jilgħab b’mod regolari.