Harry Maguire u Marcus Rashford, it-tnejn li huma, mistennija jibqgħu ma’ Manchester United dan is-sajf minkejja l-istaġun 2021-22 tagħhom li kien mimli tlugħ u nżul għalihom.
Il-futur ta’ Rashford f’Old Trafford tpoġġa f’dubju f’dawn l-aħħar xhur, bil-player internazzjonali Ingliż isibha diffiċli biex iħalli l-marka tiegħu mar-Red Devils dan l-istaġun.
Maguire, intant, kien parti minn difiża ta’ Man United li sofriet 56 goal fil-Premier League dan l-istaġun, u l-prestazzjonijiet tiegħu fl-istaġun2021-22 ġew ikkritikati bil-bosta.