Wednesday, December 25, 2024

Harry Maguire vittma ta’ theddida ta’ bomba

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Manchester United, Harry Maguire, kien vittma ta’ theddida ta’ bomba.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-internazzjonali Ingliż lagħab fit-telfa ta’ 4-0 tal-club tiegħu f’Liverpool fil-Premier League, riżultat u prestazzjoni li waslet għall-kritika qawwija.

Minn dakinhar saret theddida ta’ bomba fil-konfront ta’ Maguire u l-familja tiegħu, bit-theddida saret fuq l-indirizz elettroniku tal-player ta’ 29 sena.

Ġie kkwotat li: “Fl-aħħar 24 siegħa, Harry irċieva theddida serja ta’ bomba għall-familja tiegħu.”

“Hu rrapporta dan lill-pulizija li issa qed tinvestiga din il-kwistjoni. Is-sigurtà tal-familja tiegħu u ta’ madwaru hija ovvjament il-prijorità numru wieħed ta’ Harry.

“Hu se jkompli jipprepara għall-partita ta’ dan il-weekend b’mod normali u mhux se nkunu qed nikkummentaw f’aktar dettall għalissa.”

Sussegwentement tnediet investigazzjoni mill-Pulizija ta’ Cheshire, filwaqt li tfittxijiet fil-proprjetà u fil-qrib għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport